Jekk innutajt xi stilla għaddejja b’veloċità qawwija fl-aħħar jiem huwa minħabba l-fatt li fil-jiem li ġejjin daqt ikollna ammont kbir ta’ stilel feġġejja għadejjin minn fuq Malta u għalekk ir-rata ta’ stilel feġġejja f’dawn il-jiem jiżdiedu.
Dan huwa fenominu li jsir ta’ kul sena u huwa magħruf bħala ‘Perseid Meteor Shower’, jew magħruf ukoll bil-Malti bħala d-Dmugħ ta’ San Lawrenz. Fenomenu li sar jiġbed l-attenzjoni ta’ bosta.
Din is-sena l-aqwa jiem sabiex wieħed jinnota dawn l-stillel huwa bejn it-12 ta’ Awwissu u t-13 ta’ Awwissu bejn is-2:00 ta’ filgħodu u l-4:00 ta’ filgħodu.
L-Assoċjazzjoni tal-Earth Systems f’Malta u oħrajn mil-qasam tax-xjenza ser ikunu qed jorganizzaw kampijiet ta’ osservazzjoni fuq l-Irdumijiet ta’ Ħad-Dingli u kif ukoll ġewwa Miġra l-Ferħa f’dawn il-jiem.
Sabiex wieħed jara dawn it-tip ta’ stilel huwa idejali li jsib postijiet mudlama bħad-Dwejra, San Lawrenz f’Għawdex, l-Aħrax tal-Mellieħa u x-Xgħajra.
Sfortunatament din is-sena il-qamar se jkun fit-tielet kwart tiegħu u għalhekk huma dawk l-stillel li jixgħelu l-aktar li se jintlemħu l-iżjed. Madanakollu ċertu siti soċjali ħabbru li din is-sena tista’ tkun l-iktar waħda mixgħula u tista’ toffri spettaklu isbaħ.