"Sa fl-aħħar m'għadux impossibbli li mmorru l-baħar" – Omm | One News

Notifiki

“Sa fl-aħħar m’għadux impossibbli li mmorru l-baħar” – Omm

Omm ta’ tifel li juża s-siġġu tar-roti esprimiet is-sodisfazzjoni tagħha meta marret f’bajja fil-Mellieħa u sabet bajja li hija aċċessibbli.

“It-tifel tiegħi li jagħmel użu mis-siġġu tar-roti, waħdu seta’ jibqa’ għaddej bis-siġġu tar-roti fuq il-bajja dan grazzi għal passaġġ tal-injam li sar fuq il-bajja. Apparti minn hekk ġejna avviċinati minn żewġ ħaddiema, li kienu lebsin flok tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li offrewlna beach buggy biex ikun jista’ juża’ mhux biss fuq il-bajja iżda anke fil-baħar.”


L-omm kompliet tesprimi s-sodisfazzjoni li ħasset meta sabet bajja aċċessibbli u l-għajnuna minn dawn il-ħaddiema u qalet li fl-aħħar m’għadux impossibbli għaliha u għal binha biex immorru l-baħar.

Kummenti bħal dawn juru li l-azzjonijiet li ħa l-Gvern qed igawdu minnhom iċ-ċittadini Maltin, biex illum il-bajjiet m’għadhomx miksija umbrelel u sun beds filwaqt li l-bajjiet huma aktar aċċessibbli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend