Tifla ta’ sitt snin issofri ġrieħi serji wara inċident f’pool privat f’Għawdex – One News

Tifla ta’ sitt snin issofri ġrieħi serji wara inċident f’pool privat f’Għawdex

Tifla ta’ sitt snin iddaħlet l-isptar wara inċident li seħħ ġewwa residenza privata fi Triq Malta, Għajnsielem.

Minn investigazzjonijiet preliminari li għamlet il-Pulizija, irriżulta li fil-fatt, l-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ waranofsinhar, meta għal xi raġuni t-tifla sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qiegħda fil-pool tal-istess residenza.

It-tifla ngħatat l-ewwel għajnuna minn xi qraba sakemm waslet ambulanza fuq il-post u ħaditha l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura.  Iktar tard, it-tifla li hija Irlandiża, ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Joanne Vella Cuschieri li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend