Parteċipanti li ħadu sehem f’attivitajiet li jagħmlu parti mill-proġett pilota Making Homes Fun, illum ngħataw ċertifikat. Fejn dan ġie ppreżentat mis-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis. Proġett pilota li kien ffukat biex jgħin lill-anzjani jkunu aktar attivi fil-komunità.
Kien spjegat kif kien għalekk li ġie organizzat il-proġett pilota Making Homes Fun nibet minn seminar dwar Geriatric Mental Health tul is-sena 2016 . Dak iż-żmien professjoniti differenti kienu enfasizzaw il-problema li fid-djar residenzjali hemm nuqqas ta’ attivitajiet li ma jiffaċilitax li persuna tibqa’ fiżikament u mentalment b’saħħitha u li jwassal ukoll għal ċerti problema ta’ mġieba li diffiċli tikkontrollah. Dan wassal li twaqqaf working group ta’ professjonisti li flimkien mal-management ta’Msida home, l-istaff u l-kollaborazzjoni sħieħa ta’ l-anzjani nfushom tfassal dan il-proġett pilota, u ġie implimentat u addattat skond il-feedback tar-residenti u l-istaff.
Waqt dan il-proġett pilota ġew organizzati diversi attivitajiet minn 3 membri ta’ l-istaff ta’ Msida Home li għal dawn it-tliet xhur kienu qed jiġu irriplejsjati għax-xogħol ta’ caring duties li jagħmlu is-soltu. Fosthom; sezzjonijiet ta’ tisjir, crafts, ħruġ, ċelebrazzjonijiet ta’ festi bħal Jum l-Omm, Jum il-Missier, l-Għid il-kbir, Cinema day, logħob, sezzjonijiet spiritwali, sezzjonijiet ta’ nformazzjoni dwar knejjes u qaddisin, u sezzjonijiet individwali ma’ anzjani.
Mill-feedback li nġabar mill-anzjani u mill-impjegati ta’ Msida home jidher li dan il-proġett kien suċċess. Il-maġġoranza ta’ l-anzjani ipparteċipaw bi ħġarhom waqt l-attivitajiet u ħadu gost.