Il-Gvern b'mira li jnaqqas il-lista ta' stennija tal-outpatients | One News

Notifiki

Il-Gvern b’mira li jnaqqas il-lista ta’ stennija tal-outpatients

Wara li listi ta’ stennija tal-operazzjonijiet u l-investigazzjonijiet mediċi tnaqqsu drastikament jew tneħħew għal kollox, il-Gvern issa qed jimmira biex inaqqas ukoll il-lista ta’ stennija tal-outpatients.
Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li waħda mill-miżuri li bdiet tittieħed hija li kull min ikollu appuntament fl-outpatients jintbgħatlu messaġġ għaxart ijiem u jumejn qabel id-data tal-appuntament biex b’hekk wieħed ma jinsiex.
Dan għaliex waħda mill-fatturi li kienet qed iżżid iż-żmien ta’ stennija hi li l-pazjenti jinsew l-appuntament u għalhekk jitilfuh.
L-acting Kap Eżekuttiv tal-isptar Celia Falzon saħħqet li filwaqt li tħeġġeġ lin-nies biex jikkonfermaw l-attendenza tagħhom permezz ta’ telefonata wara li jirċievu l-messaġġ, il-pjan huwa li tiddaħħal sistema li wieħed ikun jista’ jikkonferma l-appuntament permezz ta’ messaġġ lura.
B’hekk Gvern Laburista qed ikompli jaħdem biex l-isptar verament joffri s-servizz li jixraq u li jaqdi lil kullħadd kemm jista’ jkun malajr.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend