EMOJIS: Ir-reazzjonijiet virtwali li jfixkluna | One News

Notifiki

EMOJIS: Ir-reazzjonijiet virtwali li jfixkluna

L-emojis li tant jintużaw biex jgħatu l-ħajja lill-konverżazzjonijiet fuq il-midja soċjali, issa se jkunu  l-karattri prinċipali fil-film, ‘The Emoji Movie’.

Il-film jieħu l-udjenza fil- post bl-isem ta’ Textopolis fejn kull karattru għandu emozzjoni waħda biss.

Madankollu l-karattru prinċipali bl-isem ta ‘Gene’, huwa wkoll emoji, iżda għall-kuntrarju tal-karattri l-oħra huwa jista’ juri bosta reazzjonijiet differenti.  Għalhekk l-istorja ddur ma’ dan il-karattru li tul il-film, flimkien ma sħabu, jipprova jsib ir-reazzjoni waħda tiegħu.

Dawn l-emojis illum jintużaw ħafna  fuq il-midjas soċjali, tant li saru parti integrali mill-ħajja virtwali tal-ġenerazzjoni żgħażugħa.

Fil-fatt bosta siti soċjali qed idawwru s-sistema biex taġevola dawn l-emojis u b’hekk tkun iktar faċli biex jitwasslu r-reazzjonijiet  bejn il-persuni.  Madankollu, mhux kullħadd huwa daqshekk familjari ma’ dawn l-emojis u mar-reazzjonijiet li jwasslu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend