It-Times u l-Inkompatibbli – One News

Notifiki

It-Times u l-Inkompatibbli

It-Times għamlet missjoni li tfittex fejn mara u raġel miżżewġin huma kompatibbli jew mhux kompatibbli.

Mhux jekk humiex kollox sew bejniethom,  imma jekk humiex kompatibbli ma’ kriterji li jaqblu lit-Times.

Għax mhux dejjem l-istess kriterji japplikaw.

L-ewwel ħalli nibda minn Justyne Caruana mizzewġa Valletta.   Imn’alla ma niżżlitx isimha Vallettagħax malajr it-Times kienet tgħid li Ministru għal Għawdex ma jistax ikollu kunjom talBelt Kapitali tal-gżira Maltija.  

Fejn sabu li hi nkompatibbliGħax wieħed huwa fil-Korp tal-Pulizija u bi tradizzjoni tal-familja.  Ifisser li dejjem kienu fuq in-naħa tal-Istat.  Justyne kienet (u għadha) avukata,  fuq in-naħa l-oħra tal-akkuża.  Hemm jista’ jkun hemm kunflitt jekk f’kawża jkunu faċċata ta’ xulxin u kontra xulxin.  

Imma x’għandu x’jaqsam ix-xogħol li qed tagħmel Justyne (kienet tagħmlu tant tajjeb ukoll f’qasam ieħor)  mad-deċiżjonijiet tal-Pulizija.  Mhix Ministru tal-Intern jew tas-Sigurtà Nazzjonali u lanqas kieku.   

Imbagħad hemm l-oħra li t-Times skandalizzat ruħha u rewħet fuq li l-Imħallef Antonio M zzi miżżewweġ li Marlene Mizzi,  deputat tal-Parlament Ewropew.   Marlene Mizzi,  u kull deputat fil-Parlament tal-Unjoni Ewropea m’għandu l-ebda ġurisdizzjoni fuq l-Imħallfin u l-Maġistrati Maltin.  U l-Qrati Maltin m’għandhom l-ebda poter fuq il-Parlament Ewropew.  

Issa għax miżżewweġ waħda Laburista eskluż?   Mela mbagħad jekk ninzertaw waħda jew wieħed li miżżewweġ Nazzjonalist/a  dak kollox sew ?

Ghax dur kemm iddur,  jekk ma tkunx ħaġa tkun oħra.  Imma ma tistax l-prinċipji tal-inkompatibilità japplikaw kif jidher lil ċerti nies u f’każijiet simili ma jiġri xejn …lanqas kumment.

Pereżempju t-Times li tipprova tagħti l-impressjoni li hi indipendenti.  Veru jew mhux veru li familja ta’ politiċi Nazzjonalisti għandha ċerta “say”  fil-kumpanija ?   Dak kompatibbli jew le ?

li jkun hemm ġurnalista tat-Times li hi partner uffiċjali tal-Kap tal-Oppożizzjonidik tibqa’ kompatibbli mal-indipendenza tat-Times.

Konna ngħidu li biex tiskonġra trid tkun…

Ta’ QabelLi Jmiss
Gradwat tal-Universita` ta’ Malta fil-ligi fl-1970 meta beda jaħdem ta’ avukat. Gradwat ukoll fil-Letteratura Ingliża, Latin u Filosofija mill-Universita` ta’ Londra. Aktar tard gradwat fl-Ekonomija mill-Universita ta’ Londra. Tela’ l-ewwel darba fil-Parlament 1971, u l-aħħar darba fis-sena 2003. Huwa serva ta' Ministru bejn l-1979 u 1981. Okkupa l-kariga ta' Deputy Leader tliet darbiet, meta kien hemm fit-tmexxija Duminu Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici u Alfred Sant. Għamel 17-il sena jattendi l-Kunsill tal-Ewropa, u kiteb rapport magħruf internazzjonalment bħala The Brincat Report, rapport li wassal għall-konvenzjoni internazzjonali fuq id-drittijiet tal-minoranzi. Illum jaħdem ta’ avukat.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend