Is-sħana ma tħassarx festi | One News

Notifiki

Is-sħana ma tħassarx festi

Il-fatt li fis-Sajf pajjiżna jintlaqat minn sħana kbira mhix xi ħaġa ġdida, madankollu din is-sena bosta nħasdu hekk kif it-temperaturi baqgħu jogħlew tant li jinħassu l-fuq mill-erbgħin grad celcius.  Fil-fatt il-mewġa ta’ sħana li bħalissa qed thedded lill-Ewropa kollha, ġiet  imlaqqma bl-isem ta’ “Luċifru”. 

It-temperaturi estremi qed iħallu bosta effetti madwar l-Ewropa fosthom bil-biża għan-nirien fil-foresti li qed tkompli tikber.  

It-tim ta’ One News żar il-Belt Valletta fejn bħalissa qed tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Duminku.  Wieħed mal-ewwel seta’ jinduna li s-sħana hawnhekk ma ħassritx festi, hekk kif bosta attendew bi ħġarhom għall-briju tal-marċ ta’ fil-għodu.  

Tkellimna ma’ diversi persuni li kienu hemm u kollha qablu li xejn ma seta’ jżommhom milli jinżlu jiċċelebraw ill-festa tal-patrun. Wisq inqas is-sħana. 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend