43 fotografi b’interess komuni – One News

Notifiki

43 fotografi b’interess komuni

L-ewwel edizzjoni tal-kompetizzjoni fotografika dwar l-abitat naturali organizzata minn Heritage Malta qanqlet interess tajjeb ħafna wara li 43 fotografi ssottomettew iktar minn 340 ritratti ta’ fjurigħasafarmammiferirettiliħut u annimali oħrajn.

Il-ġurija kellha kummenti pożittivi għall-kwalitá għoljatar-ritratti sottomessi, kif ukoll bl-ispeċi varji li ‘nqabdu’ mill-fotografi. Il-kompetizzjoni issa tinsab fit-tieni fażi,fejn ir-ritratti kollha jigu iġġudikati skont il-kategorija rispettiva tagħhom: Flora, Fawna u Baħar.

Bdew ukoll il-preparamenti għaċ-ċerimonja tal-premjazzjoni li se ssir fil-bidu tal-ħarifa, meta r-ritratti rebbieħa se jkunu esebiti għal tliet xhur fil-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali

Iktar tagħrif dwar attivitajiet ta’ Heritage Malta jinkiseb mis-sit elettroniku tal-aġenzija, www.heritagemalta.org

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend