Uffiċjali tad-Dwana, ilbieraħ filgħodu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta waqqfu żewġ Rumeni li kienu qed jippruvaw idaħħlu Malta flus kontanti li ma kinux iddikjatrti.
Iż-żewġ passiġġiera kienu mara u raġel li waslu Malta fuq titjira mill-Istanbul.
Il-passiġġier raġel ma ddikjarax mad-dwana l-ammont ta’ €15,850, $193 u 426 Romanian Leu, filwaqt li l-passiġġiera kienet qed iġġorr magħha l-ammont ta’ €10,000.
B’dan il-każ ġiet infurmata l-Pulizija li bħalissa qed tinvestiga dan il-każ.
Kull persuna li għanda l-ħsieb li tivvjaġġa lejn u minn Malta hi obbligata li tiddikjara mad-Dwana kemm qed tkun qed iġġorr flus magħha jekk l-ammont jaqbeż l-€10,000.