Oscar Pistorius, atleta mill-Africa t’Isfel li qed jiskonta sentenza ta’ priġunerija, ittieħed l-isptar wara li sostna li kien qed ibgħati minn uġiegħ f’sidru.
Hu ttieħed Kalafong, sptar pubbliku fil-kapital ta’ Pretoria aktar kmieni llum.
Wara li ħarġu r-riżultati mediċi, hu ngħata l-aħbar li jista’ jerġa’ jirritorna lura l-ħabs, fejn mistenni li jittieħed il-ħabs aktar tard illum.
Fis-sena 2015 hu nstab ħati li qatel lit-tfajla tiegħu Reeva Steenkamp.