Kemm fadlilha din is-sħana qawwija? – aqra hawn – One News

Notifiki

Kemm fadlilha din is-sħana qawwija? – aqra hawn

Is-sħana qawwija li qed taffetwana bħalissa mistennija żżid, dan hekk kif għada mistennija tkun l-agħar ġurnata t’Awwissu hekk kif il-massa ta’ arja sħuna li bħalissa tinsab fuq iċ-ċentru tal-Mediterran mistennija tersaq iktar viċin ta’ Malta. Dan skont rapport dettaljat fuq FirstMalta.

L-aħħar previżjonijiet tat-temp qed jindikaw li t-temperatura għada se tilħaq it-38C u minħabba kundizzjonijiet atmosferiċi, li jinkludu l-umdità, t-temperaturi se jinħassu sa’ 42C. Mal-lejl it-temperatura mistennija tinżel għal 25C.

Ir-riħ se jkun Punent Majjistru Forza 3 għal 4 li jsir Forza 2 għal 3 iktar tard.

Fi tmiem il-ġimgħa t-temperaturi se jkunu għoljin, hekk kif l-ogħla se tilħaq is-37C u tinħass 41C is-Sibt filwaqt li jinżlu bi grad il-Ħadd.

Il-ġimgħa d-dieħla t-temperaturi se jnaqqsu ftit, bi grad jew tnejn sal-aħħar tal-ġimgħa, iżda l-ewwel indikazzjonijiet juru li qabel nofs Awwissu mhux se nibdew nieħdu ftit ruħ sew.

L-ewwel indikazzjoni ta’ temperaturi viċin il-medja se jkunu qed jaslu fi tmiem il-ġimgħa ta’ wara, is-Sibt 12 u l-Ħadd 13 ta’ Awwissu.

Jidher li din il-mewġa ta’ sħana li qed nesperjenzaw bħalissa, aktarx li tkun l-aħħar waħda għal dan is-sajf u t-temperaturi, wara, jikkalmaw għal medja staġjonali.

Importanti li wieħed jevita li joħroġ fil-ħinijiet li fihom ix-xemx tkun l-aktar perikoluża u li jżomm lilu nnifsu idrat. Importanti wkoll li jekk persuna jkollu pet bħala parti mill-familja, li jiftakar li jagħmlilhom ilma frisk kuljum u kif ukoll ma joħroġhomx jimxu fl-agħar ħinijiet tal-jum. Fejn qabel ma joħroġ barra, wieħed għandu jiċċekja li l-art ma tkunx għadha taħraq iżżejjed.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend