From Russia with Love | One News

Notifiki

From Russia with Love

Film tal-1963, wieħed mis-sensiela ma’ tispiċċa qatt ta’ James Bond. Dan il-film huwa deskritt bħala spy thriller bħala ġenere. F’Malta għaddej film ieħor, imma l-ġenere tiegħu jixbaħ aktar film tal-waħx u kummiedja f’daqqa.

L-element Russu fil-film Malti qiegħed hemm. Mara ta’ Nazzjonalità Russa bl-isem ta’ Maria Efimova li sa ftit aktar minn xahrejn ilu kienet fiċ-ċentru tal-kampanja elettorali tal-Partit Nazzjonalista u wħud mill-mezzi tax-xandir li jservu ta’ spalla għall-Partit Nazzjonalista fuq il-każ ‘Egrant’, jew aħjar l-ikbar gidba fl-istorja politika Maltija fuq il-Prim Ministru u s-Sinjura tiegħu.

Illum din il-protagonista li fuqha straħet kampanja sħiħa ta’ Partit li jiftaħar bil-valuri li jħaddan, li għandu ma nafx kemm il-każin li fih hemm x’imkien żgur imnizzel lis-“sewwa jirbaħ zgur” u l-kelma “verità”, ma marritx quddiem il-Qorti għat-tieni darba konsekuttiva dwar każijiet ta’ rapporti foloz fil-konfront ta’ uffiċjali tal-Pulizija.

Minn rapporti li għadhom ħerġin jidher li din il-mara ħarbet minn pajjiżna. Tant hi konvinta mill-“verità” li ħarbet minn pajjiżna.

Kritċi tal-films jiddeskrivu dan il-verżjoni ta’ “From Russia With Love” Malti tal-waħx u kummiedja fl-istess ħin għax hija tal-waħx li f’pajjiżna xi ħadd jista’ jaqbad u joħroġ u jgħid li jrid fuq dak u l-ieħor u din isir fatt mill-ewwel, speċjalment jekk dan isir fl-eqqel ta’ kampanja elettorali. Tal-waħx imbagħad li l-Oppożizzjoni f’Demokrazija tirkeb fuq karru hekk.

Tad-daħk imbagħad li Simon Busuttil jibbaża fuq xi ħadd li huwa ċar li m’għandu l-ebda sinjal ta’ rispett la lejn l-istuzzjonijiet ta’ pajjiżna u saħanistra lanqas rispett għal dak li tgħid hija stess u fl-istess ħin fejn hemm il-fatti iswed fuq l-abjad bħal rapporti tal-Awdituri fuq in-nies tiegħu, hemmhekk qisu xejn mhu xejn. Aktar tad-daħk li Busuttil ried li permezz tad-daqqa ta’ id tar-Russa, ried isir Prim Ministru.

Filwaqt li wieħed jittama li ssir ġustizzja, nisuġerixxi li waqt dan il-film, it-tfal ikunu akkumpanjati mill-ġenituri. Xi ħadd irid ifiehem li l-politiċi mhumiex bħal Simon Busuttil.

Ta’ QabelLi Jmiss
Nigel Vella huwa Uffiċjal tal-Komunikazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Gradwat mill-Università ta’ Malta fl-Istorja u ilu attiv fil-politika minn mindu kellu 16–il sena. Ħadem f’bosta Għaqdiet bħall-FŻL u l-għaqda tal-istudenti PULSE. Kitbitu se tmur lil’ hinn mill-politika li zgur ser tkun it-tema li tiddomina l-blog tiegħu, iżda permezz tal-kliem sempliċi jridu jitwasslu opinjonijiet oħra fuq materji oħra. Li hu zgur huwa li mhux se jkun hemm tidwir mal-lewża u logħob bil-bżalu.

Send this to a friend