L-eks spettur tal-Pulizija Jonathon Ferris fetaħ libell kontra l-editur tal-gazetta Malta Today Saviour Balzan.
Dan wara li Balzan deher fuq video jikumenta dwar l-skandlu taż-żejt u stqarr li Ferris kien l-spettur li kien qiegħed imexxi l-każ ta’ l-skandlu taż-żejt ġewwa l-Enemalta meta kuġinuh kien involut fil-każ.
Hu qal li l ex-spttur Ferris ma wasalx iktar minn kemm kieku kien jasal l-spettur komiku ‘Clouseau’.