Up in ARMS | One News

Notifiki

Up in ARMS

Tgħidux li se nibda neqred,  imma jkun hemm ħwejjeġ mhux kbar imma li jdejqu lin-nies li tajjeb wieħed jitkellem fuqhom forsi xi darba jissolvew. Ippruvajt fuq dan li se ngħid,  imma f’wiċċi baqa’.

Mela kien hemm xi bravu żmien ilu fl-ARMS Ltd li daħħal sistema li persuna li tkun trid il-meter tad-dawl u tal-ilma fuq isimha trid jew jiffirma s-sid jew jekk tgħid li hi s-sid,  trid iġġib kuntratti u provi,  u jekk ikun hemm eredi oħra trid il-firem etc.

Dan joħloq problemi serji.  Ikollok min mill-aħwa li jippretendi għax il-meter fuq ismu, il-post huwa tiegħu !  U jkun hemm min ikun irid jagħmel riċerki u testmenti fuq testmenti ħalli jagħti prova li l-post wirtu.

Issa min hu dak l-iblaħ li se jmur jiġġieled ħalli jirreġistra u jkun responsabbli tal-kont tad-dawl u tal-ilma? Min jinsisti li jkun fuq ismu jaħseb, kif għedt, ta’ ċuċ li l-post sar tiegħu. Għax kieku bl-istess mod,  jekk ikun fuq kerrej il-post isir tal-kerrej?

Issa nafu li bħal ilma u dawl hemm sistemi oħra.

Hawn min għandu l-internet id-dar,  u meta jiftiehem ma’ kumpanija jaraw fuq isem min se jkun, u min se jkun responsabbli għall-kont u mhux fuq isem min hi d-dar u li s-sid jiffirmalu.

Mietet waħda li kienet kerrejja. L-Arms gew infurmati li l-post mar lura għand is-sid.  L-Arms ma riedux jafu u baqgħu joħorġu l-kontijiet fuq il-mejta.  Meta jaslu l-kontijiet jiġu re-directed l-Addolorata !

Il-problema hi la kien hemm xi ħadd ivvinta dik is-sistema,  ta’ warajh ma jafux li teżisti sistema aktar sempliċi u responsabbli, li min jiffirma għal xi ħaġa jidħol responsabbli għaliha.

Issa ltqajt ma’ każ isbaħ. Wieħed li m’ghandu x’jaqsam ma’ post il-Belt ilu jirċievi kontijiet u jibgħat li l-proprjeta mhix tiegħu u qatt ma kellu xejn x’jaqsam magħha. Inzerta li kien hemm bniedem bl-istess kunjom,  u qed jibgħatu għandu. Naturalment lest li jisfidahom.

Meta jkun hemm buzzullotti bħal dawn,  jien jidħol suspett li l-affarijiet sempliċi ma jaqblux u ma jogħġbux lil ċerti nies.

Żmien ilu ippruvajt meta kien hemm Konrad Mizzi Ministru. Ktibt l-email fid-9 ta’ Marzu, 2015, u ma ġara fil-fatt xejn.

F’ġieħ l-inkejja u spejjeż żejda, meta se jinbidlu proċeduri stupidi bħal dawn.

Ta’ QabelLi Jmiss
Gradwat tal-Universita` ta’ Malta fil-ligi fl-1970 meta beda jaħdem ta’ avukat. Gradwat ukoll fil-Letteratura Ingliża, Latin u Filosofija mill-Universita` ta’ Londra. Aktar tard gradwat fl-Ekonomija mill-Universita ta’ Londra. Tela’ l-ewwel darba fil-Parlament 1971, u l-aħħar darba fis-sena 2003. Huwa serva ta' Ministru bejn l-1979 u 1981. Okkupa l-kariga ta' Deputy Leader tliet darbiet, meta kien hemm fit-tmexxija Duminu Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici u Alfred Sant. Għamel 17-il sena jattendi l-Kunsill tal-Ewropa, u kiteb rapport magħruf internazzjonalment bħala The Brincat Report, rapport li wassal għall-konvenzjoni internazzjonali fuq id-drittijiet tal-minoranzi. Illum jaħdem ta’ avukat.

Send this to a friend