Trump japprova sanzjonijiet lir-Russja – One News

Notifiki

Trump japprova sanzjonijiet lir-Russja

Il-President Donald Trump  iffirma liġi li timponi sanzjonijiet ġodda lir-Russja għall-allegat indħil fl-elezzjoni fl-2016.

Il-liġi li ġiet iffirmata fil-privat fil-White House,  timponi ukoll sanzjonijiet fuq l-Iran u l-Korea ta’ Fuq.

Il-legislazzjoni ma’ tħallix lill-President jagħmel sanzjonijiet inqas b’saħħithom lir-Russja mingħajr l-aprovazzjoni tal-Kungress.

 

Ir-Russja ċaħdet li interferiet fl-Elezzjoni tal-Istati Uniti u l-President Trump innega li kkoluda mar-Russja.

Waqt li kien qed jiffirma din il-liġi l-President Trum qal li din hija “serjament difettuża”

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend