Sejħa ta’ Interess għal Supervisors u Invigilators – One News

Notifiki

Sejħa ta’ Interess għal Supervisors u Invigilators

Id-Dipartiment tal-Eżamijiet fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol qed jilqa’ applikazzjonijiet mingħand persuni li jixtiequ jservu bħala Centre Supervisors jew Invigilators fiċ- ċentri tal-eżamijiet waqt l-eżamijiet tas-SEC, eżamijiet lokali, u eżamijiet oħrajn ta’ barra.

F’nota ippublikata d-Dipartiment qal li l-kandidati magħżula għandhom jippreżentaw ċertifikat tal-kondotta li jkun inħareġ sa mhux aktar minn 3 xhur mid-data tas-sejħa tal-applikazzjoni u jrid ikollhom għarfien tal-kompjuters. Edukaturi kif ukoll amministraturi tal-iskejjel li huma rtirati jingħataw preferenza.

Il-ħlas huwa dak ta’:

  •   EŻAMIJIET TAL-MATSEC – SEC €13 għal kull sessjoni/MATSEC €15 għal kull sessjoni.
  •   EŻAMIJIET TA’ BARRA – €5.30 fis-siegħa

Il-persuni magħżula jingħataw it-taħriġ meħtieġ.

L-applikazzjonijiet jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit tad-Dipartiment tal-Eżamijiet www.exams.gov.mt. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu indirizzati lid-Direttur tal-Eżamijiet fuq l- indirizz postali Dipartiment tal-Eżamijiet, Il-Mall, Triq Sarria, Il-Furjana FRN1460 jew inkella b’email fuq [email protected]

Għal aktar informazzjoni jew mistoqsijiet, tista’ tikkuntattja lid-Dipartiment tal-Eżamijiet b’email fuq [email protected] jew inkella bit-telefon fuq 2598 2953.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend