Il-Pulizija se tħallas kumpens ta' €10,000 | One News

Notifiki

Il-Pulizija se tħallas kumpens ta’ €10,000

Il-Korp tal-Pulizija qabel li jħallas €10,000  lill-werrieta ta’ Matthew Zahra, vittma ta’ qtil. Dan wara li ġiżirana tiegħu spiċċat mitlufa jew misruqa waqt li fil-kustodja tal-Pulizija.

L-assistent kummissarju Carmelo Magri spjega kif il-korp irċieva ittra dwar dan fejn il-qraba qed jitolbu ħamsa u għoxrin elf ewro ta’ din il-ġiżirana li kienu kruċjali biex tiddetermina l-identità tal-mejjet wara li kien instab f’għalqa f’Birżebbuġa f’Awwissu tal-2013, wara li kien ilu nieqes mill-elfejn u tnax.

L-Assistent Kummissarju qal li l-pulizija talbet il-valur tal-ġiżirana fi żmien li kienet instabet u spiċċat fil-kustodja tal-pulizija.

B’dan il-qtil hemm akkużati Ronald Urry ta’ wieħed u ħamsin sena minn Raħal Ġdid u Jason Galea ta’ wieħed u erbgħin sena minn Birżebbuġa.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend