Il-ġenituri ta' Patrick Spiteri jagħmlu tajjeb għalih | One News

Notifiki

Il-ġenituri ta’ Patrick Spiteri jagħmlu tajjeb għalih

Il-ġenituri ta’ Patrick Spiteri, li fil-Qorti qed jiffaċja akkużi b’rabta ma’ każijiet kbar ta’ frodi, qalu li lesti jagħmlu tajjeb għalih jekk jingħata l-ħelsien mill-arrest. Il-koppja Joseph u Maria Spiteri li għandhom disgħin u ħamsa u tmenin sena, kienu mitluba mid-difiża ta’ binhom jekk kienux lesti jaċċetawh f’darhom.

L-anzjana emozzjonata qalet li iva għaliex ilha tliet snin ma tarah u bil-kemm tkellmu. Qalet li d-dar kellhom biżejjed spazju għalih u tenniet li ċerta li binha ma jiksrilix qalbha u jżomm mal-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.

Il-Qorti nnotat dan l-iżvilupp u sostniet li se tistenna rapport mediku qabel toħroġ bid-deċiżjoni tagħha fid-dawl li Spiteri qed jallega li jsofri minn kundizzjoni magħrufa bħala Bechet Syndrome.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend