Briju u sigurtà mill-aqwa waqt il-kunċert Unite for Tomorrowland | One News

Notifiki

Briju u sigurtà mill-aqwa waqt il-kunċert Unite for Tomorrowland

Dawk li lbieraħ attendew għall-kunċert Tomorrowland Unite setgħu jinnutaw ammont imdaqqas ta’ Pulizija u uffiċjali tas-sigurtà li kien hemm fl-akwati tal-Marsa.

L-organizzaturi flimkien mal-Pulizija ħasbu biex ssir tfittxija lil kull min jidhol fil-Marsa Sports Grounds.

Dan sar sabiex ma jippermettux li jidħlu sustanzi llegali jew armi. Skont sorsi vicin il-korp tal-Pulizija saru numru ta’ arresti relatati ma’ sejbiet ta droga imma n-numru ezatt ta’ persuni arrestati għadu mhux magħruf. Fuq il-post kien hemm ukoll suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta mit-taqsima tal-Explosive Ordinance Disposal.

Minħabba s-sħana li kien hemm, għadd ta persuni kellhom bżonn l-assistenza medika. Dawn ittieħdu għall-kura fiż-żewġ kliniċi li kienu armati apposta fuq il-post. Skont l-istess sorsi tagħna, ħadd minn dawn in-nies ma kellu bżonn jittieħed l-isptar Mater Dei.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend