Meta jgħidu fuqna barra minn Malta… | One News

Notifiki

Meta jgħidu fuqna barra minn Malta…

Kemm is-sena li għaddiet u anke din is-sena, il-gżejjer Maltin u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kienu fil-mira ta’ mezzi internazzjonali tax-xandir, għal raġunijiet pożittivi.

Permezz ta’ filmat qasir, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) ġabret ftit mid-diversi drabi fejn issemmiet f’dawn il-mezzi.

Dawn jinkludu artiklu fuq in-network popolarissimu Trip Advisor, per eżempju. Biex ma nsemmux li l-Belt Valleta ġiet l-ewwel minn għaxar detinazzjonijiet hekk imsejħa ‘Best Alternative City Breaks in Europe’. Il-bajja tar-Ramla f’Għawdex ukoll gawdiet minn fama internazzjonali dan l-aħħar, u l-istess Marsalforn.

Pajjiżna ngħata ġieħ anke fl-Amerka, u kien hemm kisbiet oħra kemxejn differenti, bħall-fatt li l-MTA kienet aċċettata bħala ‘Luxury Travel Partner’ minn Virtuoso.

Biex tara l-istampa sħiħa, segwi hawn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend