Il-Borża ta’ Malta għaddiet lill-Gvern (azzjonist ewlieni tal-istess Borża) divident żejjed ta’ żewġ miljun ewro. Ħlas deskritt bħala fenomenali u li jirrifletti t-tkabbir u s-suċċessi li l-Borża ta’ Malta.
Dan fl-okkażjoni fejn fil-Borża ta’ Malta tnieda it-Total Return Equity Index, sistema li ġġib lill-istess Borża fuq livelli ogħla internazzjonalment.
Sistema li fi ftit kliem, fil-kalkoli tagħha ma tinkludix biss il-valur tal-ishma (li jiżdied minn żmien għal żmien), imma anke il-ħlas ta’ dividents li kieku dawn kellhom jiġu investiti lura fl-istess sistema.
B’hekk, filwaqt li jintlaħqu standards internazzjonali, tintwera stampa iktar reali tal-pass li bih ikunu qed jimxu l-investimenti, u b’hekk jiġbed l-interess tal-investituri lejn pajjiżna u lejn il-Borża ta’ Malta.