L-FKNK tirreaġixxi għall-opinjoni iebsa dwar l-insib f'Malta | One News

Notifiki

L-FKNK tirreaġixxi għall-opinjoni iebsa dwar l-insib f’Malta

Permezz ta’ stqarrija l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti sostniet li mingħajr preġudizzju għal xi avviżi/azzjonijiet ulterjuri li tista tieħu, l-FKNK, li tirrappreżenta l-maġġoranza vasta tan-nassaba Maltin, tinnota l-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali (AG) tal-UE mogħtija lill-Imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea (ECJ). Dan fil-kawża tal-Kummissjoni Ewropea kontra r-Repubblika ta’ Malta, dwar l-applikazzjoni ta’ Malta ta’ Deroga biex tippermetti l-insib tradizzjonali tal-għasafar tal-għana; inkluż ir-referenza frekwenti għall-FKNK fl-opinjoni msemmija.

Il-FKNK sotniet li tixtieq tinforma lill-eluf ta’ nassaba membri tagħha, li din l-Opinjoni tal-AG ma torbotx lill-ECJ, u għalhekk huwa prematur li wieħed jispekula jew jikkummenta aktar dwar l-eżitu eventwali tal-Kawża f’dan l-istadju.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend