Illum l-FŻL jaħtar Eżekuttiv ġdid | One News

Notifiki

Illum l-FŻL jaħtar Eżekuttiv ġdid

Il-Forum Żgħażagħ Laburisti llum se jlaqqa’ laqgħa ġenerali straordinarja biex ikun qed jinħatar eżekuttiv ġdid.
Il-laqgħa ġenerali straordinarja se tkun indirizzata mill-Prim Ministru Joseph Muscat u se tkun l-ewwel okkażjoni minn wara l-elezzjoni ġenerali li l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista se jkun qed jindirizza liż-żgħażagħ.

Qabel il-laqgħa se tkun qed issir elezzjoni biex ikunu maħtura 5 membri uffiċjali fl-eżekuttiv tal-FŻL. Dan hekk kif għall karigi l-oħra kien hemm sottomissjoni ta’ nomina waħda biss.
L-elezzjoni għall-5 membri uffiċjali se tkun qed issir bejn:
  • Baldacchino Neil
  • Cauchi Christian
  • Clews Kurt
  • Ellul Maria
  • Farrugia Adrian
  • Farrugia Bernice
  • Mangion Dalton
  • Vella Marija Sara
Jistgħu jivvotaw, it-tesserati tal-Partit Laburista li għandhom bejn 16 u 35 sena. Meta wieħed jmur jivvota fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista għandu jippreżenta l-karta tal-identità u t-tessera tal-Partit Laburista.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend