Delia jinsisti li m’aħniex pajjiż normali; jiftaħar li għamel il-ħamest itfal taħt il-PN – One News

Notifiki

Delia jinsisti li m’aħniex pajjiż normali; jiftaħar li għamel il-ħamest itfal taħt il-PN

Il-kandidat għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qed jgħażel li jżomm l-istess lingwaġġ ta’ Simon Busuttil meta fil-każini madwar Malta u Għawdex qed jiltaqa’ mal-kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista.

F’diskorsi mill-iktar negattivi u f’attakki bl-aħrax lejn il-Gvern Delia qed jipprova jirbaħ il-vot tan-Nazzjonalisti akkaniti billi jwassal il-messaġġ li se jżomm l-istess tonalità negattiva ta’ Simon Busuttil.

“Mela m’aħniex pajjiż normali,” qal Delia fil-Mosta f’lingwaġġ li jirrifletti dak ta’ Simon Busuttil, Beppe Fenech Adami u Jason Azzopardi.
“Dan mhux pajjiż normali,” reġa’ tenna Delia li qal li d-demokrazija mhedda. Ikkritika l-mod kif il-Gvern daħħal numru ta’ drittijiet ċivili fosthom id-divorzju u ż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess.
Meta tkellem dwar il-valur tal-familja tkellem dwar kif dan hu l-iktar importanti għalih u għaċ-ċaċip tal-udjenza preżenti qalilhom: “Peró l-ħamest itfal tiegħi kollha taħt in-Nazzjonalisti għamilthom. Imbagħad waqaft, issa forsi ngħamel ħamsa oħra.”

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend