400 siegħa ma' Puttinu għal raġel li kkawża mewt; il-vittma saq b'veloċità eċċessiva | One News

Notifiki

400 siegħa ma’ Puttinu għal raġel li kkawża mewt; il-vittma saq b’veloċità eċċessiva

Raġel li nstab ħati li kkawża l-mewt ta’ xufier f’Ħaż-Żebbuġ ingħata 400 siegħa xogħol ma’ Puttinu Cares, kien immultat €5,000 u kellu l-liċenzja sospiża għal sentejn. L-aċċident seħħ fi Triq is-Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ, f’April tas-sena 2010.
Jirriżulta li l-akkużat Jeffrey Cilia kien qed isuq fi triq sekondarja, filwaqt li l-vittma Jesmond Scicluna kien qed isuq fi triq ewlenija. Minn analiżi tal-esperti tat-traffiku rriżulta li Cilia baqa’ ħiereġ b’mod li m’osservax ir-regoli u għalhekk Scicluna kien kostrett jaqleb il-karreġġjata.
Fl-istess ħin il-vittma kien qed isuq b’veloċità ferm aktar milli jippermettu r-regoli. F’sentenza ta’ iktar minn 40 paġna l-Maġistrat Joe Mifsud għamel diversi kunsiderazzjonijiet u referenzi lejn bosta sentenzi u kkonkluda kif xogħol fil-komunità huwa iktar ġust minn priġunerija.
Kien għalhekk li ta 400 siegħa xogħol fil-komunità bil-Maġistrat jgħid li dawn għandhom isiru ma’ Puttinu Cares anke minħabba l-kundizzjoni ta’ iben l-akkużat.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend