Imnedija kampanja kontra is-sewqan taħt l-effett tal-alkoħol | One News

Notifiki

Imnedija kampanja kontra is-sewqan taħt l-effett tal-alkoħol

Il-Gvern qed jagħraf li lil’hinn mill-liġi u l-infurzar tar-regoli fit-toroq Maltin hemm bżonn li jiżdied l-għarfien fuq l-effetti u l-periklu li wieħed ikun qed joħloq meta jsuq taħt l-effett tax-xorb alkoħoliku.
Fil-waqt li hemm il-ħsieb biex il-minimu li wieħed jista’ jixrob jonqos minn .8 għal .5 il-Kunsill tal-‘Malta Road Safety’ qed jagħmel kampanja fejn iqassam breathylisers fl-events pubbliċi biex wieħed ikun jista’ jippruvahom qabel isuq.
Pierre Vella li hu l-Maniġer Eżekuttiv tal-Malta Road safety saħaq li huwa tajjeb li jiġu ppruvati wkoll qabel wieħed isuq filghodu wara xi lejl jiddeverti hekk kif l-effett tal-alkoħol jista’ jibqa’ jinħass.
Transport Malta se tkun qed taħdem id f’id mal-Pulizija hekk kif inxtraw tliet muturi, makkinarju ghat-towing u numru ta’ dinghys li se jservu ta’ għajnuna fl-infurzar fit-toroq kif ukoll fil-baħar.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend