William u Harry iddispjaċuti bl-aħħar telefonata “mgħaġġla” ma’ Diana – One News

Notifiki

William u Harry iddispjaċuti bl-aħħar telefonata “mgħaġġla” ma’ Diana

Il-prinċep William u l-Prinċep Harry tkellmu fuq id-dispjaċir tagħhom li l-aħħar konverżazzjoni ma’ ommhom kienet waħda “mgħaġġla”.Il-prinċep Harry li kellu biss 12-il sena meta mietet il-Prinċipessa Diana qal li se jibqa’ jiddispjaċih kemm kienet qasira l-aħħar telefonata li kellhom magħha.

F’dokumentarju fuq ITV se jkun qed jimmarka l-20 sena mill-mewt t’ommhom, il-prinċpijiet tkellmu ukoll fuq il-mod kif hija rabbiethom. Qalu li Diana inkuraġiethom ikunu “imqarbin” u saħansitra kienet ittihom il-ħelu bil-moħbi.Il-Prinċpijiet qalu li kienet taf xi tfisser il-ħajja ‘l barra mill-ħitan tal-palazz.

Ritratti mhux ippubblikati tal-prinċpijiet ma’ ommhom se jkunu qed jidhru għall-ewwel darba fid-dokumentarju .

Il-Prinċep William qal li għall-ewwel kien“pjuttost intimidanti” li jieħu sehem f’dan il-programm pero  dan kien parti mill- “proċess ta’ fejqan”.

Huwa qal li huma xtaqu li l-“legat tagħha jibqa’ fix-xogħol li huma qed jagħmlu”. Il-Prinċep żied jgħid li “din se tkun l-unika darba li se jkunu qed jitkellmu dwarha daqshekk fil-pubbliku għaliex fiduċjuzi li dan il-filmat se jipprovdi l-istorja kollha min-naħa tal-membri familjari u ħbieb l-iktar viċin tagħha, nies li jafuha l-iktar u li jridu jipproteġu l-memorija tagħha u għalhekk jixtiequ jfakkru n-nies fil-persuna li kienet.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend