Fuq stedina ta’ Chris Said l-erba’ kontestanti għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista qed jiltaqgħu fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta.
Dan biex filwaqt li fil-magħluq tal-każini u fl-intervisti jgħaddu l-battuti lil xulxin anke jekk forsi ma jsemmux l-ismijiet, minn naħa l-oħra jipprovaw jagħtu l-impressjoni ta’ partit magħqud. Jidher li għal-lum ħadu ftit kafè u tazza ilma, min bil-gass u min naturali, u għal din iż-żjara sejħu biss lill-midja tal-Partit Nazzjonalista.Biex għadhom lanqas bdew u diġa’ bdew jimxu fuq il-passi ta’ dak li jridu jilħqu minfloku li għal aħħar snin deher komdu biss mal-midja tal-partit tiegħu u kienu bosta l-okkażjonijiet fejn ħalla barra lill-midja oħra. Insomma, kif qal wieħed li kien għaddej. Tal-inqas illum kollha għandhom siġġu!