Tnejn midruba wara li qabżu 3 sulari b’zorb ball minn fuq l-irdum fil-Ġnejna – One News

Notifiki

Tnejn midruba wara li qabżu 3 sulari b’zorb ball minn fuq l-irdum fil-Ġnejna

Żewġ irġiel weġġgħu wara li  qabżu għoli ta’ madwar tliet sulari, b’zorb ball minn fuq l-irdum ta’ Riviera Martinique u ġew fuq il-blat.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 17:45, bil-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fuq il-post.

Minħabba li l-post fejn waqgħu l-irġiel mhuwiex aċċessibbli, kellha tintalab l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta li tellgħu wieħed mill-irġiel permezz ta’ helicopter.  Ir-raġel li għandu 31 sena u joqgħod is-Swieqi ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

Ir-raġel l-ieħor li għandu 28 sena u residenti s-Swieqi wkoll ingħata l-kura medika minħabba li weġġa’ ħafif.

Fuq il-post issejħu wkoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tar-Red Cross li wkoll taw l-assistenza tagħhom.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar il-każ għadha għaddejja.

Ritratt: Red Cross

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend