Ġenji żgħar Maltin u Matematiċi! | One News

Notifiki

Ġenji żgħar Maltin u Matematiċi!

Kienet prestazzjoni eċċellenti dik ta’ studenti Maltin fil-logħob internazzjonali tal-matematika.

L-istudenti marru tajjeb immens fl-ewwel parteċipazzjoni tar-raba’ tournament internazzjonali, fejn irnexxielhom jirbħu pożizzjonijiet għoljin minkejja l-kompetizzjoni qawwija.Dan it-turnew joffri pjattaforma lill-istudenti biex juru l-abbiltajiet eċċezzjonali tagħhom u l-imħabba tagħhom għall-matematika. Il-kunċett ta’ matematika mingħajr fruntieri ma tinkoraġġix biss spirtu kompetittiv fost il-parteċipanti, iżda tagħtihom ukoll opportunitajiet biex jaħdmu b’mod kollaborattiv u biex jaħsbu b’modi innovattivi.

16,000 studenti minn 5 kontinenti differenti ta’ bejn 8 u 18-il sena pparteċipaw fi 3 rawnds preliminari. Għaxar studenti Maltin ipparteċipaw b’suċċess fil-fażijiet preliminari kollha u kisbu total ta’ 14-il medalja. Daniel Pisani, Eric Bader, Mark Azzopardi, Matteo Stagno u Nicolai Bonello kkwalifikaw għar-rawnd finali, flimkien ma’ 1,000 student ieħor minn 13-il pajjiż differenti. Il-fażi finali saret f’Nessebar, il-Bulgarija mit-30 ta’ Ġunju 2017 sat-3 ta’ Lulju 2017. Kull wieħed mill-finalisti ikkompeta kemm f’logħob individwali u kemm fi sfida ta’ tim, skont il-gruppi ta’ età tagħhom.

Il-ħames parteċipanti Maltin kollha ġew fl-ogħla pożizzjoni, kemm fl-isfida individwali u anke fl-isfida bħala grupp. Eric Bader ingħata t-titlu Maths Star of the Tournament u kien preżentat b’tazza u girlanda għax kien l-aktar wieħed li spikka fil-grupp tal-età tiegħu.

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Impjiegi irringrazzja lill-edukaturi u lill-ġenituri kollha li ħaddnu din l-opportunità sabiħa. Flimkien ipprovdew opportunità oħra ta ‘tagħlim għall-istudenti biex jikbru fil-ħsieb matematiku tagħhom, jiżviluppaw ħiliet tal-ħajja utli u jsaħħu l-istima tagħhom infushom.

Prestazzjoni eċċellenti minn studenti Maltin f'Tournament Internazzjonali tal-MatematikaAktar dettalji fuq fb.com/edukazzjoni/posts/1929074517371542

Geplaatst door Edukazzjoni op dinsdag 18 juli 2017

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend