In-negozjati BREXIT ikomplu llum | One News

Notifiki

In-negozjati BREXIT ikomplu llum

Illum fi  Brussell qed isir it-tieni rawnd ta’ diskussjonijiet Brexit bejn in-Negozjatur Ewropew Michel Barnier u s-Segretarju ta’ Brexit għar-Renju Unit David Davis.

Bħad-diskussjonijiet preċedent il-prijorità se tkun il-giljottina fuq inċertezzi li qed isofru ċittadini Ewropej li jgħixu fir-Renju Unit u ċittadini Brittaniċi li jgħixu f’pajjiżi Ewropej.
L-Unjoni Ewropea talbet għal progress sostanzjali dwar dan sabiex id-diskussjonijiet future jitfgħu dawl fuq ftehim finanzjarju bejn iż-żewġ partijiet kif ukoll fuq il-kwistjoni tal-fruntieri Irlandiżi. Dan sabiex ‘il quddiem jiskattaw diskussjonijiet fuq kummerċ.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend