Il-mużika Jazz se ssaħħar il-Belt Valletta – One News

Notifiki

Il-mużika Jazz se ssaħħar il-Belt Valletta

Nhar il-Ħamis 20 ta’ Lulju se jkun qed jinfetaħ is-separju tal-Malta Jazz Festival. Festival li se jkun qed imqassam fuq tliet ijiem hekk kif jintemm is-Sibt 22 ta’ Lulju.

Il-festival se jkun qed isir f’partijiet differenti fil-Belt Valletta fosthom fi Pjazza Teatru Rjal, Misraħ il-Ħelsien u quddiem il-Qorti.

Bi preparazzjoni għal dan il-festival, matul din il-ġimgħa se jkunu qed isiru ukoll għadd ta’ attivitajiet oħra, fosthom se jkun qed jittella’ kunċert kuljum fin-12.30 quddiem il-Parlament u kunċerti żgħar oħra f’postijiet differenti tal-Belt Valletta. Liema kunċerti se jsiru minn numru ta’ gruppi stabbiliti u oħrajn ġodda.

Dan il-festival sar popolari mad-dinja kollha, riżultat ta’ artisti ta’ kwalità. Din is-sena dan il-festival se jerġa’ jkun wieħed professjonali u mhux se jagħmel għajb għas-snin ta’ qabel.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend