Għajnuna għall-familji vulnerabbli biex uliedhom jagħmlu l-isport – One News

Notifiki

Għajnuna għall-familji vulnerabbli biex uliedhom jagħmlu l-isport

Fil-jiem li ġejjin se jitwaqqaf kumitat biex jiddiskuti kif tista’ tingħata għajnuna lil dawk il-familji li ma nistgħux jibgħatu lil uliedhom fi programmi bħal Sport Malta minħabba problemi finanzjarji. Dan bl-għan li t-tfal kollha jibdew jipprattikaw l-isport u kulħadd jingħata opportunità ndaqs biex ikun jista’ jagħmel dan.

Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għaż-żgħażagħ, l-isport u l-organizazzjonijiet volontarji, Clifton Grima, meta żar il-pixxina nazzjonali fejn għal sena oħra, t-tfal reġgħu qed jattendi bi ħġarhom għal Summer on the move.

Fil-fatt din is-sena huma aktar minn 6,000 persuna li għażlu li jkunu parteċipanti f’dan il-programm ta’ attività fiżika tul ix-xhur tas-Sajf b’mijiet għażlu wkoll li jagħtu sehemhom bħala kowċis.

L-etajiet ta’ dawk li jattendu jvarjaw minn tfal ta’ erba’ snin sa anzjani.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend