AĠĠORNAT: JINSTAB KATAVRU 'L BARRA MIX-XTAJTA TA' TIGNÈ | One News

Notifiki

AĠĠORNAT: JINSTAB KATAVRU ‘L BARRA MIX-XTAJTA TA’ TIGNÈ

Għall-ħabta ta’ 14.40 instab katavru minn sajjied tmintax-il mil nawtiku ‘l barra mix-xtajta ta’ Tignè. Il-Forzi Armati ta’ Malta daħħlu l-katavru f’Xatt it-Tiben.

L-identità tal-katavru għadha mhux magħrufa dan hekk kif instab fi stat ta’ dekompożizzjoni.

Il-Pulizija mhu qed teskludi xejn f’dan l-istadju u mhux eskluż li l-katavru kien ta’ immigrant.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr D. Clarke LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend