Issa tista' tixtri season ticket għal-logħob tal-Premier | One News

Notifiki

Issa tista’ tixtri season ticket għal-logħob tal-Premier

Season tickets se jiġu introdotti minn dan l-istaġun wara li ntħalaq ftehim mal-Kumitat Permanenti tal-Premier League Malti. Dan tħabbar mis-Segretarju Ġenerali tal-MFA, Dr Angelo Chetcuti, waqt li kien qed jaqra r-Rapport Amministrattiv tal-MFA matul il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-MFA li saret is-Sibt.

 Il-klabbs se jkunu jistgħu jbiegħu dawn il-biljetti staġunali li jkopru l-logħbiet kollha tagħhom matul l-istaġun kollu. Chetcuti spjega li l-Ġimgħa ltaqa’ mal-PLCSC u ż-żewġ partijiet qablu li jniedu dawn is-season tickets.

Il-prezzijiet ta’ dawn il-biljetti tal-Premier League se jiġu stabbiliti mill-klabbs infushom. Iż-żewġ partijiet qablu ukoll il-biljett li wieħed jixtri qabel jara partita se jiżdiedu b’€1, bl-għan li jinkoraġġixxu lill-partitarji jixtru biljett staġunali. Is-Segretarju Ġenerali tal-MFA, ma eskludiex il-possibbiltà li s-season tickets jibdew jinbiegħu ukoll għal diviżjonijiet oħra.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend