Wara xhur ta’ studju żgur mhux forsi bosta bħalissa jinsabu ħerqana jistennew ir-riżultati tal-eżamijiet u sa fl-aħħar wasal propju l-mument tant mistenni. Dan hekk kif propju ftit tas-sigħat oħra mad-disat elef u ħames mitt student f’livell tas-SEC u/jew tal-Matrikola se jirċievu r-riżultati tagħhom. Riżultati għall-eżamijiet li saru bejn il-11 ta’ Marzu u l-15 ta’ Ġunju.
Minn dawn id-disat elef, ħames mija u sittax li resqu għall-eżamijiet din is-sena, 4,019-il kandidat poġġew għal-livell tal-Matrikola.
L-istudenti l-ewwel se jirċievu r-riżultati b’SMS illum biex b’hekk minn għada jibdew jirċevuhom bil-posta.
Minn dak li se jkun qed jiġi ppubblikat juri li l-maġġoranza tar-riżultati jixbħu ħafna lil tas-snin ta’ qabel u li d-differenzi huma minimi ħafna, però din id-darba fl-Ingliż fil-livell tas-SEC l-istudenti kisbu riżultati aħjar mis-snin ta’ qabel.