Nefqa ta’ €1,279,830 għall-kampanja elettorali tal-Partit Laburista – One News

Notifiki

Nefqa ta’ €1,279,830 għall-kampanja elettorali tal-Partit Laburista

Il-kampanja elettorali tal-Partit Laburista bit-tema l-Aqwa Żmien ta’ Pajjiżna swiet €1,279,830.

Dan ir-rendikont ingħata fil-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-Partit Laburista mill-Kap Eżekuttiv tal-Partit, Gino Cauchi.

Cauchi qal li filwaqt li l-Partit Laburista ħaseb li jagħmel l-aqwa kampanja elettorali bil-għan li jasal il-messaġġ, ikkunsidra li din tkun iffinanzjata mill-ġbir ta’ fondi li sar.

Fil-fatt, fl-istess ħin il-Partit Laburista daħħal €1,370,000. Bilanċ pożittiv ta’ ftit iktar minn €90,000 wara li ntemmet il-kampanja elettorali.

Għalkemm din mhijiex nefqa żgħira mhijix spiża li tirrifletti x-xogħol kollu li jkun sar u l-ispejjeż kollha li kien hemm. Dan għaliex tkun inżammet kontrollata grazzi għas-sehem ta’ mijiet ta’ volontiera li diffiċli wieħed jistma’ l-ħidma tagħhom.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista spjega kif  in-nefqa kienet inqas minn dik tal-2013, li kienet ukoll kampanja itwal. Peró l-poplu apprezza l-messaġġ tal-Partit laburista daqs dakinhar u iktar għaliex anke saħħaħ il-maġġoranza.

“Bir-rebħa tal-2013, fehmna lin-nies eżattament dak li qegħdin ngħidu. Il-messaġġ tal-Prim Ministru wasal bl-aktar mod ċar, fl-aħħar mill-aħħar, bil-vot tagħhom esprimew verdett li l-kampanja tagħna kienet waħda li għoġbithom iżjed minn dik tal-Partit Nazzjonalista. Dan hekk kif kienet ibbażata fuq il-verità, l-onestà u fuq il-viżjoni għall-futur,” temm jgħid il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Gino Cauchi. 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend