Is-Soċjalisti Ewropej ifaħħru l-kisba ta’ Gvern Laburista u ż-żwieġ ugwali – One News

Notifiki

Is-Soċjalisti Ewropej ifaħħru l-kisba ta’ Gvern Laburista u ż-żwieġ ugwali

  • Is-Soċjalisti Ewropej qed ifaħħru l-abozz ta’ liġi introdott minn Gvern Laburista dwar żwieġ ugwali

Il-Partit tas-Soċjalisti Ewropej stqarr li huwa sodisfatt ferm li pajjiżna approva l-abbozz ta’ liġi għal żwieġ ugwali. Il-PES qal li pajjiżna kien il-ħmistax-il pajjiż li daħħal din il-liġi. Il-President tas-Soċjalisti Ewropej, Sergei Stanishev qal “Aktar drittijiet ikomplu jespandu d-demokrazija.”

Huwa żied jgħid li l-Progressivi Ewropej huma sodisfatti ferm li issa persuni LGBTIQ f’pajjiżna jistgħu jiżżewġu lill-imħabba tagħhom mingħajr ebda diskriminazzjoni. “Kuntenti ferm li l-abbozz ġie approvat mill-maġġoranza assoluta tal-Membri Parlamentari u nawguraw lill-Partit Laburista u lill-Prim Ministru Joseph Muscat għall-kuraġġ u t-tmexxija tagħhom.”

Il-President tal-PES temm jgħid li d-demokrazija għandha tħaddan drittijiet għal kulħadd u għalhekk “Malta illum hija aktar demokratika u pajjiż iżjed modern. Nawgura lis-soċjetà Maltija għal maturità tagħhom.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend