Il-Parlament japprova liġi storika | One News

Notifiki

Il-Parlament japprova liġi storika

Illejla l-Parlament approva ligi storika. Ligi li se ġġib l-ugwaljanza fiż-żwieġ, li tul dawn l-aħħar ġimghat smajna ħafna dwarha u timmarka sensiela ta’ kisbiet li għamlet Malta fil-qasam tad-drittijiet ċivili taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat.

Dan hekk kif ftit tal-ħin ilu ttieħed l-vot finali waqt seduta Parlamentari. Kien propju fit-tielet seduta li l-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta’ Abbozzi ta’ Liġi għadda l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ u Liġijiet fejn kien propju llum li sar l-aħħar pass biex dan l-abbozz ta’ liġi sa fl-aħħar jidħol fis-seħħ.

Ghalkemm fil-Parlament kien hemm approvazzjoni b’saħħitha għal din il-liġi rajna fl-aħħar ġimgħat il-konfużjoni li ġabet il-liġi fil-partit Nazzjonalista.

Kuntrast mal-konvinzjoni li ntweriet minn naħa tal-Gvern li mexxa din il-liġi bħala l-ewwel waħda tiegħu f’din il-legiżlatura.

Bħalissa għaddejja ċelebrazzjoni storika fi Pjazza Kastilja fejn qed tiġi ċċelebrata din il-kisba storika kbira oħra bħalma kienet saret meta ttieħed il-vot fuq il-liġi tal-unjoni ċivili.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend