"Il-Vojt" jingħata ħelsien mill-arrest | One News

Notifiki

“Il-Vojt” jingħata ħelsien mill-arrest

Etienne Bartolo magħruf bħala l-Vojt, li hu mixli bil-qtil ta’ Roderick Grech, ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ għaxar t’elef ewro u garanzija personali ta’ tletin elf ewro.
Il-ħelsien mill-arest ta’ Bartolo ngħata fuq għadd ta’ kundizzjonijiet li ma’ jsifirx jew jinħeba, li ma javviċinax jew ma jkellimx ix-xhieda tal-Prosekuzzjoni, ma jikkommettix delitt ieħor ta’ natura volontarja u li jirrapporta fl-Għassa ta’ Birkirkara bejn it-tmienja ta’ filgħodu u t-tmienja ta’ filgħaxija.

Sabiex waslet għal dan il-Qorti kkunsidrat il-kondotta preċidenti ta-imputat, l-istadju li fih waslu l-proċeduri u l-każ, fejn fadal jixhdu l-Pulizija u l-esperti maħtura fl-inkjesta maġisterjali. Il-Qorti ordnat ukoll lill-imputat jitpoġġa taħt ordni proviżorja ta’ superviżjoni. L-omiċidju li hu mixli bih Bartolo ta’ sitta u tletin sena minn Birkarkara seħħ nhar id-disa’ u għoxrin ta’ Marzu f’ Birkirkara wara ġlieda li allegatament kellha x’taqsam max-xiri ta’ drogi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend