Tifla ta' tliet snin tindarab gravi fil-Belt Valletta | One News

Notifiki

Tifla ta’ tliet snin tindarab gravi fil-Belt Valletta

Tifla ta’ tliet snin indarbet gravi wara li waqgħet minn fuq bandla fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta.

Fi stqarrija l-Pulizija sostniet li ftit qabel il-ħdax u nofs ta’ filgħaxija ġiet infurmata mill-awtoritajiet tas-saħħa li kienet iddaħlet tifla Awstraljana l-Isptar Mater Dei minħabba li kienet sofriet xi ġrieħi.

Mill-ewwel investigazzjonijiet li għamlet il-Pulizija tad-Distrett, irriżulta li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija

Jidher li għal xi raġuni t-tifla waqgħet minn fuq il-bandla u ndarbet serjament.

It-tifla ttieħdet fl-eqreb Ċentru tas-Saħħa mill-ġenituri tagħha iżda iktar tard kellha tittieħed l-Isptar Mater għall-aktar kura fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend