Sewwieq ta' mutur iweġġa' f'inċident tat-traffiku | One News

Notifiki

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ f’inċident tat-traffiku

 

 

Inċident tat-traffiku seħħ fi Triq Manwel Dimech, Ħal Qormi.

Mutur tat-tip Honda CBR900, misjuq minn raġel ta’ 57 sena, residenti Ħal Qormi stess, għal xi raġuni, kellu impatt ma’ vettura tat-tip Perodua Kelisa li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 25 sena li toqgħod Ħaż-Żebbuġ.

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tat-tmienja u kwart ta’ filgħaxija. Is-sewwieq tal-mutur qiegħed isofri minn ġrieħi gravi u l-mara ta’ 25 sena ma sofriet l-ebda ġrieħi.

 

 

 

 

 

 

Taqsima Relazzjonijiet mal-Komunità u l-Istampa,

Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend