14-il persuna maqtula fi sparatura fil-Messiku | One News

Notifiki

14-il persuna maqtula fi sparatura fil-Messiku

Sparatura fil-Messiku ħalliet 14-il persuna mejta, dan b’rabta ma’ vjolenza relatata mad-droga.

Żewġ gruppi ta’ persuni armati b’armi tan-nar kellhom xi jgħidu fil-komunità ta’ Las Varas, fl-istat ta’ Chihuahua.

L-identitaiet tal-vittmi u d-dettalji ta’ kif seħħet l-ispratura għadhom mhux ċari.

L-argument beda għall-ħabta tal-5:00 ta’ filgħodu l-Erbgħa u dam għal madwar sagħtejn.

Tliet persuni ġew arrestati u uffiċjali tal-Pulizija waqqfu madwar tliet vetturi, li fihom kien hemm għadd ta’ splussiv u armi tan-nar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend