Robert Cutajar: Ma kienx żball li astjenejna fl-Unjoni Ċivili | One News

Notifiki

Robert Cutajar: Ma kienx żball li astjenejna fl-Unjoni Ċivili

Id-deputat Nazzjonalista, Robert Cutajar, qal li ma kienx żball li l-Partit Nazzjonalista astjena fil-vot tal-Unjoni Ċivili fil-leġiżlatura li għaddiet.

Fil-Parlament iddikjara li l-iżball kien li dak iż-żmien l-Oppożizzjoni ma spjegatx għaliex astjeniet. F’diskors dwar il-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ, ftit wara li d-deputat Edwin Vassallo qal li se jivvota kontra, Cutajar staqsa wkoll “għaliex din l-għaġla biex tiddaħħal il-liġi.”

Din hi dikjarazzjoni oħra li tkompli turi l-qasma fil-ħsieb fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, spejċalment wara li l-Viċi-Kap Mario De Marco talab skuża għal dak il-vot fl-aħħar jiem u Claudette Buttigieg tkellmet dalgħodu dwar kemm kien vot diffiċli għaliha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend