Allegata intenzjoni ċara t'omiċidju fuq tarbija | One News

Notifiki

Allegata intenzjoni ċara t’omiċidju fuq tarbija

Issokta l-ġuri ta’ Rotimi Williams Akande, ta’ 27 sena u li jinsab mixli bl-attentat ta’ qtil ta’ iben l-eks-sieħba tiegħu.

Fl-argumenti konklussivi tal-prosekuzzjoni, il-ġurija kienet imfakkra kif wara l-ewwel darba li t-tarbija ta’ ħmistax-il xaharspiċċat l-isptar għaliex allegatament l-akkużat kien heżżu b’guffaġni, it-tobba kienu wissewh li kien ikun hemm konsegwenzi serji jekk l-inċident jirrepeti ruħu. Iżda kienu laħqu għaddew biss ħamest ijiem li t-tarbija reġgħet spiċċat l-isptar u kellu bżonn operazzjoni urġenti biex isalva.
It-tifel salva iżda baqa’ b’ ġrieħi serji f’ moħħu li skont it-tobba kienu kkawżati b’ theżżiz qawwi, iktar b’saħħtu minn tal-ewwel darba.
Għalhekk il-prosekuzzjoni argumentat li fid-dawl tal-ewwel twissija, kienet ċara l-intenżjoni tal-akkużat li joqtol lit-tarbija.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend