Vot ħieles demokrazija vera – Edwin Vassallo | One News

Notifiki

Vot ħieles demokrazija vera – Edwin Vassallo

Id-Deputat Nazzjonalista, Edwin Vassallo, ta indikazzjoni ċara li hu fost dawk li dwar il-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ irid vot ħieles. Ftit sigħat wara li fil-Parlament tkellem dwar kif deputat parlamentari għandu jitħalla jkun onest, xerred artiklu fuq Facebook fejn kien hemm l-aħbar li l-Ġermanja approvat iż- żwieġ bejn persuni tal-istess sess. Mill-artiklu silet żewġ kwotazzjonijiet, dik li rreferiet għal kif ivvutat il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel “Merkel votes against the bill u dik dwar kif Merkel tat vot ħieles lid-deputati tagħha “Merkel gives a free vote . Hawn Edwin Vassallo kien ċar u kiteb li hekk taħdem demokrazija ta’ vera.

Kien il- Ħadd li għadda li l-gazzetta KullĦadd żvelat għall-ewwel darba li l-grupp parlamentari kien hemm skumditá bil-fatt li se jkun qed jivvota favur l-ugwaljanza ż-żwieġ u t-Times of Malta rrapportat li kien hemm min talab vot ħieles. Talba li issa qed issir fil-miftuħ.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Send this to a friend