Tissejjaħ laqgħa t'emerġenza f'Pariġi | One News

Notifiki

Tissejjaħ laqgħa t’emerġenza f’Pariġi

Il-Ministri għall-intern ta’ Franza, il-Ġermanja u l-Italja se jiltaqgħu f’Pariġi għal diskussjonijiet ta’ emerġenza wara li l-Italja wissiet li l-influss ta’ immigranti fil-pajjiż mhux sostenibbli. L-Italja qalet li se tagħlaq il-fruntieri u il-portijiet biex ma tilqax bastimenti tas-salvataġġ ġejjin mill-Libja.

l-Italja qalet li għandha bżonn iktar appoġġ la darba iktar persuni qed jaqsmu il-Mediterran b’numri notevoli u nnutat li iktar minn ħames mitt elf immigrant daħal fil-portijiet taljani mill-elfejn u erbatax.

Il-Gvern taljan qed jitlob li l-unjoni ewropea tieħu azzjoni fuq dan wara li tnax-il elf immigrantt daħl l-Italja f’temp ta jumejn biss il-ġimgħa li għaddiet.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend