Imniedi l-Ballu tal-Qamar t’Awwissu – raġuni doppja – One News

Notifiki

Imniedi l-Ballu tal-Qamar t’Awwissu – raġuni doppja

Il-President ta’ Malta nediet l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-August Moon Ball, li din is-sena se jsir nhar il-5 t’Awwissu. Il-President Marie Louise Coleiro Preca saħqet fuq l-importanza ta’ dan l-avveniment hekk kif jiftaħ l-istaġun tal-avvenimenti b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Hija stqarret li f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena, l-ispiża tal-mediċina ta’ pazjenti Maltin irdupjat minn dik tas-sena l-oħra u għalhekk l-għajnuna hija importanti iktar minn qatt qabel.

Iċ-chairman tat-tim organizattiv tal-ballu, Daniele de Petri Testaferrata, saħaq kif din is-sena, bħal kull sena oħra se jkun ballu tal-aqwa livell, anke bis-sehem tal-Forzi Armati ta’ Malta, il-korp tal-Pulizija u l-kavalerija tiegħu u l-inguardia parade. Il-mużika tal-ballu se terġa’ tkun f’idejn il-Brass House Unit.

Min jixtieq jattendi jista’ jmur l-uffiċċju tal-Malta Community Chest Fund il-Belt Valletta, iżur il-Palazz ta’ San Anton jew inkella jżur is-sit online tal-August Moon Ball.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend