Trump jerġa' jdaħħal fis-seħħ il-projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar | One News

Notifiki

Trump jerġa’ jdaħħal fis-seħħ il-projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar

Persuni li ġejjin minn sitt pajjiżi Musulmani se jibdew isibuha ħafna aktar diffiċli biex jidħlu fl-Istati Uniti dan hekk kif daħlet fis-seħħ l-ordni eżekuttiva kontroversjali tal-President Amerikan Donald Trump.

Dan hekk kif il-Qorti Suprema approvat li tidħol fis-seħħ parti mill-ordni eżekuttiva li qajmet diskussjoni madwar id-dinja. Projbizzjoni li se tapplika għal dawk il-persuni li ma għandhom l-ebda konnessjoni mal-Istati Uniti.

 

Jiġifieri, jekk persuni minn dawn is-sitt pajjiżi m’għandiex qraba viċin tagħha jew xi forma ta’ relazzjoni leġittima mal-Istati Uniti bħal relazzjoni f’negozju mhux se jingħataw il-visa li permezz tagħha jkunu jistgħu jidħlu fl-Istati Uniti. Wieħed irid jifhem ukoll li meta qed nsemmu qraba viċini, nanniet, neputijiet u zijiet m’humiex inklużi fil-lista.

Il-pajjiżi li Trump poġġa l-projbizzjoni fuqhom huma l-Libja, is-Sirja, l-Iran, is-Sudan, il-Yemen u s-Somalja.

F’Ottubru li ġej se tittieħed id-deċiżjoni finali fuq din il-projbizzjoni.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend